Il-pajjiżi involuti
Aħna nagħmlu distinzjoni bejn 3 tipi ta’ pajjiżi fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà — il-pajjiżi tal-UE, il-pajjiżi assoċjati mal-programm, u l-pajjiżi mhux assoċjati. Dawn huma l-pajjiżi minn fejn iridu jkunu l-parteċipanti biex japplikaw għall-attivitajiet kif ukoll il-pajjiżi fejn tista’ tmur bħala parteċipant (huwa biss il-volontarjat fil-qasam tal-għajnuna umanitarja li jippermettilek tmur f’pajjiżi differenti minn dawn).
Xi attivitajiet huma miftuħin għaż-żgħażagħ li joqogħdu fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-pajjiżi, filwaqt li oħrajn għandhom firxa aktar limitata. Il-pajjiżi minn fejn il-parteċipanti jridu jkunu tista’ ssib liema huma fil-paġna ddedikata għal kull attività.
Il-pajjiżi tal-UE
L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja.
Il-pajjiżi assoċjati mal-programm
L-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta’ Fuq, it-Turkija.
Il-pajjiżi mhux assoċjati mal-programm
L-Albanija, l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eġittu, il-Georgia, Iżrael, il-Ġordan, il-Kosovo, il-Libanu, il-Libja, il-Moldova, il-Montenegro, il-Marokk, in-Norveġja, il-Palestina, ir-Russja, is-Serbja, is-Sirja, it-Tuneżija, l-Ukrajna.